Il-President Russu Vladimir Putin ilbieraħ wissa li s-sitwazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq kienet waslet f’xifer ta’ gwerra fuq skala kbira u qal li kien żball li wieħed jagħmel pressjoni fuq ir-reġim ta’ Pyongyang dwar il-programm nukleari u missilistiku tiegħu.
Putin, li l-ġimgħa d-dieħla sejjer iċ-Ċina – l-akbar alleat tal-Korea ta’ Fuq – għal summit, qal dan f’artiklu li kiteb fis-sit eletroniku tal-Kremlin. Fih qal li hu kien favur negozjati mal-Korea ta’ Fuq. Negozjati żied il-President Russu li jridu jsiru mingħajr kundizzjonijiet minn qabel.
Hu qal li l-provokazzjonijiet, il-pressjoni u kliem ostili u offensiv ma kien iwassal għal imkien.
Putin qal li s-sitwazzjoni tant marret għall-agħar li issa l-affarijiet kienu waslu f’xifer li jisplodi kunflitt kbir.
Putin iwissi li ninsabu f’xifer gwerra kbira


