Formula 1 Sport

Rekord għal Hamilton b’Pole Position fl-Italja

Hamilton fl-azzjoni f’Monza

Is-sewwieq tal-Mercedes Lewis Hamilton waqqaf rekord hekk kif kiseb il-Pole Position għall-Grand Prix tal-Italja li se jsir il-Ħadd. L-Ingliż waqqaf rekord u sar l-aktar sewwieq li qatt kiseb Pole Position, total ta’ 69. Hu kien laħaq lill-ekssewwieq leġġendarju Michael Schumacher b’68 meta ġimgħa ilu kiseb il-Pole Position tal-Grand Prix tal-Ungerija.

Eventwalment qabeż lil Schumacher meta rreġistra l-aqwa ħin biex il-Ħadd se jibda quddiem il-koppja tar-Red Bull Max Verstappen u Daniel Ricciardo rispettivament.

Il-koppja tal-Ferrari ddiżappuntaw bil-kbir. Vettel, li qiegħed fl-ewwel post tal-klassifika se jibda mit-tmien post filwaqt li Raikkonen se jibda minn quddiemu. Is-sewwieq l-ieħor tal-Mercedes, Bottas se jibda mis-sitt post.

Kif se jibdew:
1.Lewis Hamilton
2.Max Verstappen
3.Daniel Ricciardo
4.Lance Stroll
5.Esteban Ocon
6.Valtteri Bottas
7.Kimi Raikkonen
8.Sebastian Vettel
9.Felipe Massa
10.Stoffel Vandoorne