Vaganza sabiħa ġewwa pajjiżna, għal koppja Taljana spiċċat bi tmiem ferm iżjed feliċi, bħal ħolma.
Dan hekk kif il-ġuvni ppropona lit-tfajla tiegħu propju fuq l-ajruplan tal-linja tal-ajru low cost Ryan Air fi tmiem il-vaganza tagħhom, u hekk kif kienu qed jirritornaw lejn l-ajruport ta’ Pisa.
Bil-kompliċità tal-membri tal-ekwipaġġ, il-ġuvni Taljan ingħata l-mikrofonu u talab lit-tfajla biex tiżżewġu.
Tinsab bilqiegħda f’nofs l-ajruplan, bħalma tinsab fiċ-ċentru ta’ qalbi, u hu għalhekk li nitolbok tiżżewwiġni, iddikjara l-ġuvni akkumanjat minn applaws, għajjat u tisfir mill-passiġġieri l-oħra.
Hekk kif aċċettat, dawk kollha abbord infexxew f’ewforija, ferħu mal-maħbubin, waqt li l-ġuvni avviċina lit-tfajla tiegħu, kommossa u bi dmugħ ta’ ferħ f’għajnejha, niżel għarkuptejh u ħareġ iċ-ċurkett qabel għannaqha u biesu lil xulxin.
Fl-2012, ajruplan tal-istess kumpanija serva bħala ideali għal proposta oħra ta’ żwieġ, din id-darba għal koppja li minn pajjiżna kien sejjer lejn Bologna.
//= $special ?>