Futbol Sport

Il-Belġju l-ewwel tim Ewropew li jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja

Romelu Lukaku jiċċelebra wara li skorja l-gowl tar-rebħa (Ritratt: EPA)

Il-Belġju saru l-ewwel tim Ewropew li għadda għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla wara li għelbu lit-tim nazzjonali Grieg 2-1 biex jinsabu tmien punti vantaġġ fi Grupp H meta fadal żewġ logħbiet. Jan Verthongen fetaħ l-iskor fis-70 minuta, iżda Zeca ġab id-draw tliet minuti wara. Madankollu Romelu Lukaku skorja l-gowl tar-rebħa kwarta mit-tmiem.

Il-Bożnja telgħu fit-tieni post b’rebħa ta’ 4-0 fuq Ġibiltà. Edin Dzeko skorja l-ewwel u l-aħħar gowl, b’Kenan Kodro u Senad Lulic jiskorjaw it-tieni u t-tielet gowl rispettivament.

L-Estonja kisbu t-tieni rebħa fil-grupp tagħhom meta għelbu lit-tim Ċiprijott 1-0 bil-gowl rebbieħ jasal fid-90 minuta minn Mattias Kaeit.

Is-sitwazzjoni fi Grupp A ħadet xejra differenti wara li Franza ddiżappuntaw bi draw ta’ 0-0 fi Stadium Municipal ta’ Toulouse kontra t-tim modest tal-Lussemburgu. L-Iżvezja aktar kmieni fil-ġurnata għelbu lill-Belarus 4-0 bil-gowls jaslu minn Emil Forsberg, Christoffer Nyman u Marcus Berg fl-ewwel taqsima, b’Andreas Granqvist jiskorja r-raba’ gowl fl-84 minuta minn penalty.

L-Olanda baqgħu jittamaw b’rebħa f’darhom ta’ 3-1 fuq il-Bulgarija. L-eroj kien Davy Propper li fetaħ l-iskor u għalaq il-logħba, b’Arjen Robben jirdoppja parzjalment. Georgi Kostadinov kien għamel l-iskor parzjali 2-1.

L-Iżvizzera baqgħu b’punti massimi minn Grupp B b’rebħa ta’ 3-0 fuq il-Latvja. Haris Seferovic fetaħ l-iskor wara disa’ minuti. Blerim Dzemaili rdoppja fil-55 minuta biex tliet minuti wara Ricardo Rodriguez għalaq il-logħba minn penalty.

Il-Portugall żammew ir-ritmu b’rebħa 1-0 barra minn darhom kontra l-Ungerija. Andrè Silva skorja l-gowl rebbieħ fit-48 minuta, bil-Portugiżi jagħmlu aktar minn taqsima b’raġel aktar.

Il-Gżejjer Faroe komplew jimpressjonaw b’rebħa minima fuq l-Andorra biex issa għandhom tmien punti fil-grupp. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fil-31 minn Gilli Rolantsson.

F’logħba oħra minn Grupp I, il-Kroazja għelbu lit-tim tal-Kosovo 1-0. Din il-logħba bdiet tintlagħab ilbieraħ iżda kellha tiġi abbandunata minħabba l-maltemp fit-22 minuta. Il-gowl rebbieħ ġie skorjat minn Domagoj Vida fl-74 minuta. B’hekk il-Kroazja telgħu fil-quċċata tal-grupp b’16-il punt, tnejn aktar mill-