Raġel ta’ 34 sena ngħata sentenza ta’ tmien xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li kien fil-pussess ta’ dokumenti foloz.
Patrick Ankomah kien arresstat ilbieraħ malli wasal f’pajjiżna minn Turin. L-uffiċjali tad-dwana nnutaw li kien fil-pussess ta’ dokumenti foloz.
Minbarra dan, fil-Qorti ġie akkużat li għamel dikjarazzjoni falza meta affaċċjat bil-pussess tad-dokumenti foloz.
Ankomah ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
//= $special ?>