Internazzjonali

Jintlaqtu mis-sajjetti waqt festival tal-mużika fi Franza

Tal-anqas 15 il-persuna ndarbu – tnejn minnhom serjament – wara li ntlaqtu minn sajjetti waqt li kienu qed jattendu festival tal-mużika fil-belt ta’ Azerailles, lejn il-Grigal ta’ Franza

Is-sajjetti laqtu diversi zoni fejn kien qed isir il-festival ta’ Vieux Canal u kelliema għall-kunsill reġjonali konfermaw li l-midruba jinkludu tfal li kienu qed jistkennu taħt tinda f’kundizzjonijiet ta’ maltemp qawwi.

Jidher li l-vittmi ntlaqtu direttatment mis-sajjetti u sofrew diversi ħruq. Dan meta anzjana u raġel ta’ 44 sena huma rappurtati li spiċċaw f’kundizzjoni serja.

Il-midruba fl-inċident ingħataw trattament mill-iskwadri għall-emerġenza fiz-zona, b’uħud, imbagħad, jintbagħtu lejn l-isptar għal analiżi medika.

Minħabba l-inċident bis-sajjetti kien deċiż li jitħassru numru ta’ performances fil-festival, fosthom kunċerti minn gruppi popolari u tal-mużika elettronika.

F’dan iż-żmien tas-sena, diversi bnadi ta’ Franza jsegwu sitwazzjonijiet ta’ allert minħabba l-potenzjal ta’ maltempati kbar bis-sajjetti.