Is-Sindku ta’ Los Angeles, fl-Istat Amerikan ta’ Kalifornja, qal li l-belt tiegħu qed tiffaċċja l-akbar inċidenza ta’ nirien fl-istorja tagħha u meta, fl-aħħar sigħat, kienu evakwati mijiet ta’ nies minn djarhom waqt sitwazzjoni ta’ emerġenza akuta.
L-iskwadri tal-emerġenza, intant, qed jikkumbattu l-fjammi li kienu ilhom jaqbdu mill-Ġimgħa u li anki ħakmu f’diversi bnadi oħra ta’ Kalifornja.
Kien hemm ukoll inkwiet kbir li n-nirien setgħu jinfirxu ‘b’mod li jsiru inkontrollabbli’ minħabba l-istennija għall-irwiefen f’dik iz-zona.
In-nirien intensivi ħakmu l-foresta qrib ta’ Burbank waqt li s-Sindku ta’ Los Angeles, Eric Garcetti, iffirma dikjarazzjoni għal emerġenza lokali b’istruzzjonijiet lill-aġenziji kollha tal-belt biex jieħdu l-passi neċessarji kollha ħalli jipproteġu l-ħajja u l-proprjetà ‘qalb iz-zoni affettwati mill-akbar nirien li qatt rat Los Angeles’.
Dan meta l-fatturi tat-temp (fejn qed tiddomina s-sħana) kienu mistennija jżidu l-potenzjal għal nirien mifruxa, bis-sitwazzjoni tal-emerġenza tibqa’ tgħodd għall-inħawi ta’ Los Angeles u Burbank, għalkemm ma daħlux xi rapporti dwar vittmi.
//= $special ?>

