Lewis Hamilton tela’ jokkupa l-ewwel post fil-klassifika tas-sewwieqa wara li rebaħ il-Grand Prix tal-Italja li saret f’Monza. Hamilton beda mill-pole position u wara li ddefenda l-ewwel post fl-ewwel kantuniera baqa’ jikkmanda t-tiġrija biex kiseb rebħa oħra dan l-istaġun.
Is-sewwieq tal-Mercedes Valtteri Bottas daħal fit-tieni post wara li rnexxielu jaqbeż lil Esteban Ocon u Lance Stroll fil-bidu tat-tiġrija. Sebastian Vettel temm it-tielet f’tiġrija li beda mis-sitt post u seta’ biss isegwi liż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes li ddominaw it-tiġrija.
Daniel Ricciardo tar-Red Bull beda mis-16-il post u rnexxielu jieħu r-raba’ post qabel it-tieni karozza tal-Ferrari ta’ Kimi Raikkonen. Esteban Ocon rebaħ l-isfida missielta mad-duo tal-Williams Lance Stroll u Felipe Massa biex kiseb is-sitt post. Sergio Perez ukoll tal-Force India spiċċa wara ż-żewġ karozzi tal-Williams biex kiseb id-disa’ post, b’Max Verstappen jieħu l-aħħar punt wara li kellu jirkupra minn inċident fil-bidu.
Fil-klassifika ġenerali, Lewis Hamilton issa jinsab b’238 punt segwit minn Sebastian Vettel tal-Ferrari tliet punti anqas, filwaqt li Valtteri Bottas tal-Mercedes jinsab b’197 punt.
//= $special ?>