Żewġ persuni nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li serqu raġel li spiċċa ferut kawża tal-attakk fuqu.
Mohamed Abdumajed Abungab, li ghandu 21 sena, u żagħżugħ ieħor li joqgħod miegħu, Ahmed Abdualsam Alsahly li għandu 24 sena, ġew akkużati li serqu €30 mingħand il-vittma, kif ukoll żewġ credit cards, wallet, żewġ karti tal-identità u liċenzja tas-sewqan minbarra li ferewh.
Fil-każ ta’ Abunjab, hu kien akkużat ukoll li kkommetta reat waqt li kien taħt probation. Huma nżammew arrestati hekk kif għaddejjin l-investigazzjonijiet u minħabba biża’ li jistgħu jaħarbu mill-pajjiż.
//= $special ?>