Ekonomija Lokali

“Il-kontijiet tad-dawl huma ogħla mill-medja Ewropea”

F'Malta, ir-rati tal-elettriku huma 42 fil-mija ogħla

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija trid rati tad-dawl aħjar għal bil-lejl sabiex il-kumpaniji ta’ daqs medju jkunu aktar kompettitivi. Dan hekk kif il-prezz tal-elettriku f’pajjiżna huwa 42 fil-mija ogħla mill-medja Ewropa.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Kamra tal-Kummerċ u li fiha preżentaw il-proposti għall-Budget 2018. Fost il-proposti li issemmew hemm dik li tiddaħħal sistema aktar flessibbli għax-xiri tal-elettriku, u ċentri ta’ distribuzzjoni privati. Dan jista’ jwassal għal kontijiet tad-dawl orħos.

Fil-proposti tagħha, il-Kamra tal-Kummerċ tesprimi tħassib għal diversi miżuri li qed jippjana illi jdaħħal il-Gvern fil-Budget li jmiss.

Fost il-proposti, hemm dik li d-Dipartimenti tal-Gvern jibqgħu miftuħin wara nofsinhar anke fix-xhur tas-Sajf. Il-Kamra tal-Kummerċ titkellem ukoll dwar is-sisa u tgħid illi din mhi xejn għajr taxxa oħra.

Proposti oħra jitrattaw is-sitwazzjoni fl-Air Malta, l-infrastruttura f’pajjiżna u s-settur tar-riċerka.