Sport Sport Ieħor

Kampjonat taċ-ċikliżmu sena d-dieħla f’Malta

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Viċi president u kandidat għall-presidenza tal-Unjoni Internazzjonali taċ-Ċikliżmu, David Lappartient, flimkien mas-Segretarju ġenerali tal-Unjoni Ewropea taċ-Ċikliżmu, Enrico della Casa, għamlu żjara lis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ U Sport Clifton Grima.

F’din iż-żjara kordjali il-partijiet iddiskutew temi relatati mar-rwol ta’ Malta fi ħdan il-federazzjonijiet internazzjonali taċ-ċikliżmu, b’mod partikolari l-organizazzjoni tal-kampjonat taċ-ċikliżmu għall-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa li se jsir f’Malta s-sena d-dieħla.

Lappartient stqarr li dan l-ewwel avveniment għall-pajjiżi ż-żgħar kienet idea eċċezzjonali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, li mistennija ġġib lejn Malta madwar 150 ċiklist.