Id-Dukessa ta’ Cambridge, il-Prinċipessa Kate, mart il-Prinċep William, qed tistenna t-tielet wild.
L-aħbar ħarġet tard dalgħodu minn Kensington Palace, ftit tal-jiem wara li dan l-istess Palazz kien mimli attività biex jitfakkar l-20 anniversarju mill-mewt tal-Prinċipessa Diana … omm il-Prinċep William.
It-tarbija, kemm jekk tkun tifla jew tifel, ftit li xejn se jkollha impatt fuq l-eredità għall-monarkija Ingliża, u ma hemm ebda sinjifikat kostituzzjonali marbut mat-twelid is-sena d-dieħla.
It-tarbija li se titwieled se tkun il-ħames fil-lista tal-eredi għat-tron. Dan wara l-Prinċep Charles, il-Prinċep William, il-Prinċep George u l-Prinċipessa Charlotte.
Bħal ma ġara d-darbtejn l-oħra li kienet qtila, id-Dukessa Catherine, li għandha 35 sena, mart il-Prinċep William, qed tbati b’dak magħruf bħala severe morning sickness. Ilbieraħ, infatti, hi ħassret xi appuntamenti pubbliċi li kellha.
It-tqala qed isseħħ fiż-żmien meta din il-koppja, il-Prinċep William u martu Catherine, qed iżidu l-impenji tagħhom wara li r-Reġina u r-raġel tagħha, il-Prinċep Philip, qed inaqqsu l-impenji pubbliċi, u wkoll wara li l-Prinċep irtira kompletament mill-ħajja pubblika ftit ġimgħat ilu.
Dan apparti li fil-ġranet li ġejjin jibda l-iskola għall-ewwel darba l-Prinċep George.