Qerd in-Naħal intlaqat minn tir f’Ħal Għaxaq ilbieraħ, tliet ijiem wara li fetaħ l-istaġun tal-ħarifa tal-kaċċa.
Dan l-għasfur protett instab jokrob fl-art, f’kundizzjoni li ma setax itir, minn xi nies waqt li kienu miexjin fil-kampanja l-Ħadd filgħaxija. L-għasfur ittieħed għal X-ray, li rriżulta li l-għasfur kiser il-ġewnaħ lemini tiegħu u l-veterinarju kkurah bit-tama li jgħix.
//= $special ?>

