Dingli Desana u Marsa White Stars se jikkontestaw il-finali tat-Tools Planet preseason tournament. Dan wara li eliminaw liċ-champions Mosta u Wardija rispettivament. Mill-partiti f’dan it-turnament, kien hemm xhieda biżżejjed kemm l-attivitajiet tal-Masters qed jittieħdu b’serjeta.
It-timijiet kolla ġew imsaħħa u dan jindika kemm se jkollna staġun kumbattut.
Dingli Desana wrew klassi fir-rebħa li għamlu fuq iċ-champions Mosta Shaggy’s bi skor ta’ 9-6, bil-plejer Charlo Magro ikun l-istilla ta’ tim. Hu skurja ħames gowls. Bla dubju li Dingli se jkunu fost il-protagonisti fl-istaġun.
Il-Mostin, kienu minn taħt sal-ewwel taqsima hekk kif l-iskor kien dak ta’ 4-2. Għalkemm sfurzaw u naqqsu d-distakk, Dingli għamlu perjodu tajjeb u tista’ tgħid għalqu l-logħba bi tliet gowls. Mosta għamlu sforż u ġabu l-iskor għal 8-6 iżda malajr Dingli reġgħu aċċertaw b’gowl lejn it-tmiem.
Fil-logħba l-oħra Marsa White Stars kellhom rebħa impressjonanti meta għelbu lil Wardija bi skor ta’ 6-2, tim li ġie msaħħaħ u sar wieħed qawwi u żgur li għandhom materjal bizzejjjed biex ikunu fost il-protagonisti. Ta’ min jiftakar li dan hu t-tieni stagun li huma waslu sal-finali ta dan it-turnament.
Sal-ewwel taqsima l-iskor kien dak ta’ 3-1 iżda Marsa komplew jiskurjaw biex 10 minuti mit-tmiem skurjaw tlieta oħra biex għalqu l-logħba. Wardija ddiżappuntaw u ma kellhomx ideat kif jinfdu difiża soda.
Intant, skwadra ta’ plejers mill-Masters rebħet 7-0 partita kontra grupp ta’ veterani Ingliżi. It-tim Malti bi plejers li issa ilhom jilagħbu flimkien għal dawn l-aħħar tliet snin setgħu skurjaw aktar gowls.
Il-gowls tal-Maltin ġew skurjati minn Gilbert Scerri, Michael Borg Olivier, Kevin Loughborough, Ibrahim Tarik u Simon Shields.
//= $special ?>