Dan l-aħħar it-tim tan-nisa ta’ Swieqi Phoenix Volleyball Club ħa sehem fil- Eotvos Cup, kompetizzjoni prestiġjuża għal timijiet ta’ taħt l-20 sena fil-belt ta’ Debrecen fl-Ungerija.
It-tim tan-nisa li jagħmel parti minn nursery ewlenija tal-volleyball f’Malta, rebbieħa l-aħħar staġun, għat-tieni sena konsekuttiva, tal-kampjonati nazzjonali ta’ taħt l-14, 16 u 18 il-sena , irnexxielhom jispiċċaw fid-disa’ post minn 32 klabb.
Il-President ta’ Swieqi Phoenix Volleyball Club Orlando Bonnici kellu kummenti pożittivi għall-fatt li t-tim kien kompetittiv kontra wħud mill-aqwa timijiet ta’ taħt l-20 sena fl-Ewropa tal-Lvant, u li rnexxielhom jirbħu sitta mis-seba’ logħbiet li lagħbu, b’rebħiet fost oħrajn kontra timijiet mill-Ungerija, il-Polonja u s-Serbja.
Swieqi Phoenix Volleyball Club rebħu l-partiti kollha tagħhom fl-istadju tal-grupp mingħajr ma tilfu set.
Madanakollu, sussegwentement kienu sfortunati li tilfu logħba kruċjali, bi skor ta’ 2-1, kontra t-tim lokali ta’ Debreceni Fazekas Mihaly Gimnazium, li ddeċidiet jekk kienux se jiġġieldu għall-post mal-ewwel tmienja.
Huma rebħu kontra San Lesko tal-Polonja (2-0), it-tim Ungeriż ta’ Eotvos Jozef Gimnazium (2-0), u t-tim mis-Serbja ta’ Kikinda (2-1) biex spiccaw fid-disa’ post minn 32 tim li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni.
//= $special ?>