Wara telfa oħra fi Grupp F, Malta tibqa’ bla ebda punt f’dan ir-round ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. Malta ilbieraħ ġarrbet telfa oħra, din id-darba kontra l-Iskozja, bl-iskor ta’ 2-0.
Fi tminn partiti, Malta skurjat biss żewġ gowls u qalgħet 21.
Il-Maltin jonqoshom żewġ konfronti oħra fil-bidu ta’ Ottubru. Iżda għall-partitarji, wasal iż-żmien illi l-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin iwarrab, illum qabel għada.
Fil-fatt, fuq Twitter u Facebook bdiet tintuża l-hashtag Ghedinout u qed tikber il-pressjoni biex it-Taljan jitwarrab mit-tmexxija. Uħud qed jgħidu li reġa’ wasal iż-żmien li t-tim nazzjonali malti jerġa’ jiġi fdat f’idejn kowċ Malti.
//= $special ?>