Lokali

Ġuvni ferut gravi wara ħabta fil-Belt

Mill-arkivji
Żewġ tfajliet ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief

Passiġġier li kien riekeb f’karozza tat-tip Volkswagen Golf weġġa’ gravi wara ħabta kerha ma’ arblu tad-dawl. L-inċident seħħ matul il-lejl li għadda f’Xatt il-Barriera, il-Belt Valletta.

Fil-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku illi taw l-assistenza tagħhom.

Ix-xufier tal-vettura, ġuvni ta’ 20 sena mill-Belt flimkien ma’ tliet passiġġiera, ġuvni ta’ 18-il sena mill-Belt, u żewġ tfajliet ta’ 17-il sena residenti San Ġiljan u l-Belt ittieħdu immedjatament l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post.

Aktar tard, il-ġuvni ta’ 18-il sena ġie iċċertifikat li qiegħed isorfi minn ġrieħi ta’ natura gravi, it-tfajliet ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief filwaqt li x-xufier ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.