It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena tilef 2-1 kontra l-Ungerija f’logħba valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2019.
Din kienet it-tieni telfa b’dan l-iskor fi spazju ta’ftit jiem hekk kif nhar il-Ġimgħa li għadda l-Maltin tilfu 2-1 barra minn darhom kontra Ċipru u ħaġa tal-iskantament hi li kemm dakinhar kif ukoll illum huma sofrew it-tieni gowl fl-aħħar sekondi tal-logħba.
L-avversarji tagħna fetħu l-iskor wara kwarta permezz ta’ BIRO imma pront wasal id-draw tal-Maltin b’gowl mill-isba] ta’ BEERMAN.
Hekk kif kollox deher li t-timijiet kienu se jieħdu punt kull wieħed LENZSER skurja l-gowl deċiżiv għall-Ungerija. B’dan ir-riżultat Malta baqgħet fl-aħħar post bi tliet telfiet minn tliet partiti.
//= $special ?>