Internazzjonali Lokali

Il-Prinċep Charles se jżur Malta għall-75 anniversarju minn meta ngħatajna l-George Cross

Il-Prinċep ta’ Wales huwa mistenni li jiġi Malta fl-4 ta’ Ottubru hekk kif dakinhar pajjiżna se jkun qed jiċċelebra l-75 anniversarju minn mindu ngħatajna l-George Cross.

Il-George Cross, li jinsab fuq il-bandiera Maltija, ingħata mir-Re George VI  bħala simbolu tal-kuraġġ li urew missirijietna.

Fil-5 ta’ Ottubru, il-Prinċep Charles se jagħmel diskors ewlieni f’waħda mill-konferenzi li qed isiru, fl-isem ta’ Our Ocean, f’San Ġiljan. Hu ilu jagħmel diversi diskorsi dwar l-ambjent u l-effetti tal-bidla fil-klima mill-1968.

Il-Prinċep se jkun qed iżur il-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt Valletta hekk kif qegħdin isiru xi xogħolijiet ta’ restawr.

Hu żar Malta għall-ewwel darba meta kien għadu tifel, fl-1954. L-iktar żjara riċenti tiegħu kienet f’Novembru tal-2015, fejn ġie ma’ Dukessa ta’ Cornwall flimkien mar-Reġina u d-Duka ta’ Edinburgh għal-laqgħa li saret għall-Kapijiet tal-Commonwealth.