Futbol Sport

Robin van Persie jista’ jkollu jirtira mill-futbol

Il-karriera tal-attakkant Olandiż Robin van Persie tinsab f’riskju wara li dan ċarrat il-ligamenti ta’ rkopptu nhar il-Ħamis li għadda waqt sessjoni ta’ taħriġ, jum qabel il-logħba kontra Franza.

Il-plejer ta’ 34 sena jista’ jdum sena barra mill-azzjoni biex jirkupra.

Van Persie kien ilu sentejn ma jkun mgħajjat mal-Olanda imma l-avventura tiegħu mat-tim nazzjonali ma tantx kienet waħda tajba u issa jista’ jagħti l-każ li dan mhux se jilgħab darba oħra mal-Oranje.

Ta’ min jiftakar li Van Persie, plejer ta’ Fenerbahçe hu l-aqwa skorer fl-istorja tal-Olanda b’total ta’ 50 gowl. Hu lagħab 101 partita mat-tim nazzjonali.