Futbol Sport

Simeone jġedded il-kuntratt ma’ Atletico Madrid

Atletico Madrid's Argentinian coach Diego Simeone arrives to give a press conference at the Vicente Calderon stadium in Madrid on April 26, 2016 on the eve of their UEFA Champions League semi-final first leg football match Club Atletico de Madrid vs Bayern Munich. / AFP PHOTO / JAVIER SORIANO

Il-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Simeone ġedded il-kuntratt tiegħu b’sentejn u b’hekk se jibqa’ jmexxi lill-klabb Spanjol sal-2020.

Il-futur ta’ Simeone ma’ Atletico kien f’dubju wara li sena ilu dan kien qal li kien ferm viċin li jħalli lill-klabb wara li Atletico kienu għadhom kemm tilfu l-finali taċ-Champions League f’San Siro kontra Real Madrid.

Fl-2013 taħt it-tmexxija ta’ Simeone Atletico kienu rebħu it-Tazza tar-Re u sena wara kienu rebħu l-kampjonat.