Il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd l-ASMK se torganizza attività fix-Xewkija Għawdex bil-karozzi tal-Autocross. Din l-attività sponsorjata minn ‘ASMK’ u ‘Pasta Poiatti’ se tkun ir-raba’ waħda tax-xorta tagħha li l-ASMK se tkun qed torganizza fil-gżira Għawdxija.
Dan il-program qed isir prinċipalment biex jinġabru fondi b’risq il-Fondazzjoni Arka li tagħmel ħafna xogħol siewi mar-residenti tagħha f’Għawdex u biex aktar Għawdxin jipparteċipaw f’dan l-isport.
Din ir-raba’ edizzjoni ser issir fil-korsa tal-Gozo Horse Racing Association fix-Xewkija.
Il-Ġimgħa u s-Sibt 8 u 9 ta’ Settembru mill-5pm ‘il quddiem se jsiru l-provi u taħriġ mis-sewwieqa Maltin u Għawdxin fuq il-korsa li tinsab fi Triq ix-Xħajma fix-Xewkija waqt li t-tigrijiet tal-Ħadd 10 ta’‘Settembru jibdew fl-10:30 am.
Il-premjazzjoni lir-rebbieħa se ssir fuq il-post fi tmiem il-programm minn persuni distinti.
Iktar informazzjoni wiehed jista’ jsibha fis-sit elettroniku tal-assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.
//= $special ?>