Kurżitajiet

Ċikkulata ġdida b’lewn roża

Din hi r-reba' tip ta' ċikkulata li teżisti fid-dinja

Għall-ewwel darba fi 80 sena, ġiet preżentata ċikkulata ġdida – ċikkulata b’kulur roża u b’togħma ta’ frott, u kemxejn morra. Iċ-ċikkulata hi magħmula mir-ruby cocoa beans.

Din iċ-ċikkulata roża ġiet preżentata din il-ġimgħa fiċ-Ċina mill-kumpanija Barry Callebaut.

Iżda jekk tħobb iċ-ċikkulata u trid idduq dan il-prodott partikolari, se jkollok tistenna! Dan għaliex iċ-ċikkulata roża se tkun fis-suq fi żmien sitt xhur.

Mhux magħruf eżatt liema se jkun l-ewwel pajjiż fejn se tibda tinbiegħ din iċ-ċikkulata partikolari.