Elezzjoni Kap PN Lokali

Ikompli l-proċess tal-ġbir tal-voti: Sas-6p.m. inġabru 2,400 vot mit-tesserati

Illum bdew jinġabru l-voti anke f'Għawdex

Illum fid-Dar Ċentrali tal-PN komplew jinġabru l-voti mit-tesserati li se jipparteċipaw fl-għażla għal Kap ġdid tal-partit. Sas-6p.m. inġabru 2,400 vot, aktar mill-ammont ta’ voti li nġabru lbieraħ. Fl-ewwel ġurnata nġabru 2,225 vot.

Il-voti jistgħu jibqgħu jinġabru sal-10p.m. u se jibqgħu jinġabru sal-Ħamis 14 ta’ Settembru.

Iżda f’Għawdex il-ġbir tal-voti hu kemmxejn differenti. Dan għaliex id-dokumenti qed jinġabru illum u għada mis-sub headquarters f’Ta’ Sannat.

Is-Sibt li ġej se jkun qed isir l-early voting.