Lokali

Deċiżjoni favur is-solidarjetà mar-refuġjati mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja m’aċċettatx ilment tas-Slovakkja u l-Ungerija dwar il-politika tal-UE dwar l-immgrazzjoni u kkonfermat id-dritt ta’ Brussell li tinforza stati membri biex jieħdu iktar immigranti. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja stabbiliet li l-UE hi intitolata li tordna gvernijiet nazzjonali li jaċċettaw kwoti ta’ refuġjati Sirjani li kienu rilokati mill-Italja u l-Greċja.

Il-programm ta’ rrikolazzjoni imħejji mill-Kumissjoni Ewropea kien approvat mill-maġġoranza tal-istati membri minkejja l-oppożizzjoni mill-pajjiżi ex komunisti tal-Lvant li sostnew li s-soċjetajiet tagħhom ma jistgħu jaċċettaw immigranti fil-maġġoranza Musulmani. Il-programm jaħseb għar-rikolazzjoni ta’ madwar 120,000 persuna iżda kienu biss madwar 25,000 li fil-fatt kienu rilokati.

Il-Kummissarju Ewropew tal-Migrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal fi tweet li dan hu ż-żmien li fih trid ssir ħidma fl-għaqda biex is-solidarjetà tkun implimentata bis-sħiħ. Għadu mhux ċar kemm Brussell se tisforza pajjiżi tal-Lvant biex jiħedu refuġati, li ħafna minnhom huma xettiċi li jibdew joqgħodu f’pajjiżi fqar tal-blokk ex Sovjetiku.

Fi stqarrija l l-Partit Nazzjonalista qal li jilqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-konfront tal-Ungerija u l-Islovakkja dwar it-trasferiment ta’ immigranti mill-Italja u l-Greċja u sostna li din hi deċiżjoni li hi fil-pass it-tajjeb: s-solidarjetà m’għandiex tkun f’direzzjoni waħda biss, iżda għandhom ikunu l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea li jindirizzaw din l-isfida flimkien.

Il-PN qal li Malta, bħala pajjiż fil-Mediterran, tesperjenza l-isfidi li ġġib magħha l-immigrazzjoni b’mod dirett. Dan jgħodd ukoll b’mod partikolari għall-pajjiżi viċin tagħna bħall-Italja u l-Greċja. Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jimxu fuq il-passi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja biex jassiguraw li din l-isfida tiġi indirizzata b’solidarjetà mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Fl-istqarrija l-Partit Nazzjonalista ilu s-snin jaħdem biex is-solidarjetà tiġi aċċettata u li din id-deċiżjoni, fl-aħħar, tagħti raġun lill-Partit Nazzjonalista u lil Malta. Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jistinka u jaħdem qatiegħ biex jassigura li l-Unjoni Ewropea ma tfarfarx il-problema tal-immigrazzjoni taħt it-tapit, iżda tindirizzaha bis-serjetà.

Id-deċiżjoni tal-UE ġabet ir-reazzjoni tal-Kap tal-PN Simon Busuttil li fi tweet qal li ‘Fl-aħħar! Is-soldiarjetà bejn il-pajjiżi tal-UE dwar l-imigrazzjoni twettqet! Għal Malta dan kien ovvju mill-bidu. Din hi l-UE li għandha bżonn’.