Lokali Xjenza u Teknoloġija

Edizzjoni oħra ta’ Science in the City bit-tema ‘Outstanding Past, Bright Future’

Tnediet is-sitt edizzjoni tal-festival tax-xjenza u l-arti Science in the City.  Dan il-festival se jkun qed joffri attivitajiet għall-familja kollha.

Għal din l-attivita’, li se ssir fid-29 ta’ Settembru fil-Belt Valletta, se jkunu nvoluti iktar minn 80 organizzazzjoni, b’numru kbir ta’ stands b’esebizzjonijiet varji fi Triq ir-Repubblika.

Il-manager għal dan il-proġett, Edward Duca, spjega kif din l-attivita’ hija importanti ħafna għal Malta hekk kif hemm bżonn li nuru li x-xjenza mhix biss it-teknoloġija iżda tidħol f’diversi qasam fil-ħajja, fosthom is-saħħa tan-nies. B’hekk l-iskop wara dan il-festival huwa b’mod speċjali biex jikber l-ispazju għar-riċerka u biex jiġu mħajra ż-żgħażagħ u tfal biex jifhmu u japprezzaw dan il-qasam ta’ studju. Dan hekk kif għad hemm percentaġġ baxx ta’ studenti li jgħażlu dan il-qasam.

Studenti tal-MCAST se jkunu qed jibnu l-ikbar hologram li qatt inbniet f’Malta. Din se tkun tinkludi stampi 3D fuq is-saħħa tal-bniedem.