F’konferenza tal-aħbarjiet li saret mill-Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, hu qal li “għal dawn l-aħħar għaxar ġimgħat ġarrab il-problema tat-traffiku hekk kif wieħed ma jistax iqassam u jirrispetta l-appuntamenti”. Iżda din mhix biss il-problema li wieħed qed jaffaċċja fil-ġurnata ta’ kuljum, hekk kif dan qed jaffettwa problema finanzjarja u li qed tiswa lil ekonomija ta’ pajjiżna. Dan qed iwassal għal frustrazzjoni kbira.
Adrian Delia qal li “l-ikbar issue taħt dan il-Gvern hi li għandna pajjiż mingħajr direzzjoni, pajjiż li ma nafux liema trid qbaddna. Konna nisimgħu ħafna dwar ‘road maps’ u pjanijiet, pero effettivament ħlief konvenjenza politika ma narawx”. Hu qal li wasal iż-żmien li l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni jibda jitkellem kif Gvern alternattiv li verament għandu vizzjoni ċara għal pajjiżna.
Andrian Delia qal li l-gvern għandu jieħu b’serjeta’ l-ekonomija u hemm bżonn li jsir pjan fit-tul biex il-pajjiż ikun jaf fejn ha jkun 50 sena oħra. Il-Gvern m’għandux biss iħares u jagħmel pjan ta’ 5 snin iżda għandu jimmira għat-tkabbir fl-infrastruttura u l-ħaddiema. Għandu jkun hemm ħsieb fin-numru ta’ binjiet ta’ skejjel, sptarijiet u binjiet oħra.
Hu qal li hemm bżonn li jiġu iddentifikati s-setturi li hemm bżonn b’inċentivi skont il-ħtiġijiet tal-pajjiż. “Dan għandu jsir bi studju biex jiġi ppjanat il-work force u reviżjoni għal inċentivi biex jiġu attirati iżjed investimenti”.
Adrian Delia tkellem ukoll dwar l-enerġija fejn qal li l-industrija u negozji ikunu incentivati. Semma wkoll iż-żoni turistiċi u qal li wieħed m’għandux iħares biss lejn in-numru ta turisti li jiġu iżda għandna naraw li dawk li jiġu jħallu l-frott.
Adrian Delia qal li l-ibliet f’Malta qiegħdin imutu. Il-bliet f’Malta, li huma l-Belt Valletta, l-Imdina u t-Tliet Ibliet, huma sikuri biex in-nies jgħixu fihom u b’hekk għandna nħeġġu lin-nies biex jagħmlu dan. Barra minhekk, il-Gvern għandu jara li jipproteġi dawn il-bliet ta’ wirt storiku biex ma jinqerdux.
Hu qal li “għandna ġid kbir f’pajjiżna b’hekk għandna inbiegħu s-servizzi tagħna biex pajjiżna jigwadanja iżda mhux kif għamel il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista li biegħ il-passaporti”. Adrian Delia jipproponi li mhux biss nirreaġixxu għas-suq iżda nantiċipawh. Hu qal li lest li jikkrea opportunita mill-isfidi li jeżistu fin-natura finanzjarja billi jinvolvi kemm jista’ jkun nies fid-diversi qosma li jeżistu.
//= $special ?>