Il-Papa Franġisku, l-Erbgħa beda vjaġġ ta’ ħamest ijiem fil-Kolombja. Vjaġġ li fil-bidu tiegħu appella biex il-pajjiż issa jsib paċi aħħarija wara li ftit ġranet ilu ħareġ minn kunflitt li kien ilu sejjer għal dawn l-aħħar 50 sena.
Il-Vatikan qal li kellu jkun bdil fir-rotta tal-Papa lejn il-Kolombja minħabba l-Uragan Irma, li bħalissa qed joqrob lejn il-Karibew.
Il-vjaġġ fil-Kolombja se jkun l-20 vjaġġ tal-Papa barra l-Italja u l-ħames fl-Amerika Latina.
Mal-wasla tiegħu f’Bogota, hu se jingħata merħba mill-President Kolombjan, Juan Manuel Santos.
Minn Bogota, il-Papa, li għandu 80 sena, se jkun qed iżur ukoll il-bliet ta’ Villavicencio, Medellin u Cartagena. F’Villavicencio, hu se jibbeatifika żewġ saċerdoti li kienu nqatlu waqt il-kunflitt Kolombjan.
Il-Papa jibda vjaġġ fil-Kolombja


