Lokali

Jinqerdu mat-12-il miljun sigarett tal-kuntrabandu

Id-Dipartiment tad-Dwana qered 11,667,748 sigarett u 77 kilo tabakk tal-kuntrabandu. Is-sigaretti nqerdu f’impjant tar-riċiklaġġ wara li nqabdu fl-aħħar ġimgħat.

Id-Dipartiment tad-dwana qal li f’dawn l-aħħar jiem qed issir kampanja kontra l-importazzjoni, il-bejgħ u l-konsum ta’ prodotti tal-kuntrabandu, b’mod speċjali prodotti tat-tabakk u inbid.

Fi stqarrija li għamel id-Dipartiment tad-Dwana qal li f’dawn l-aħħar jiem ġew interċettati 8,900 sigarett, 5.3 kili tabakk u 205 litru inbid tal-kuntrabandu.

Fl-aħħar ġimagħtejn, madwar 3,500 sigarett tal-kuntrabandu kienu interċettati fl-ajruport ta’ Malta, mill-Freeport u minn ħanut f’Ħaż-Żabbar.

Il-kuntrabandu huwa reat kriminali serju li jista’ jwassal li wieħed jingħata penali fiskali ħorox, konfiska tal-mezz tal-ġarr u tal-mezz tal-ħażna.