Ewropa

L-MEP’s tal-PN qabel l-ewwel seduta ta’ wara s-Sajf

Din se tkun l-ewwel seduta għal Francis Zammit Dimech

David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech kellhom laqgħa fi Brussell qabel is-seduta Parlamentari tal-ġimgħa d-dieħla. Dan hekk kif il-Parlament Ewropew se jissokta bis-seduti tiegħu wara l-btajjel tas-Sajf.

L-attenzjoni primarja bla dubju li se tkun fuq id-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Junker illi jkun qed jindirizza lill-Ewroparlamentari. Dan hu magħruf bħala d-diskors tal-iState of the Union.

Fl-istess seduta, Francis Zammit Dimech jieħu l-ġurament tiegħu bħala MEP ġdid elett minn Malta f’isem il-PN.