Lokali

L-MHRA ssostni li t-tmiem il-ġimgħa għandu jkun ikkunsidrat b’mod normali fis-settur tat-turiżmu

L-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Lukandi u r-Ristoranti ta’ Malta (MHRA) issostni li t-tmiem il-ġimgħa għandu jkun ikkunsidrat b’mod normali fis-settur tat-turiżmu u mhux b’mod straordinarju minħabba li l-qofol tax-xogħol f’dan is-settur jinħoloq propju f’dawk il-ġranet.

Fi stqarrija l-MHRA semmiet il-kontribut kbir li din l-industrija qed tagħti lill-ekonomija Maltija u qalet li din tirrapreżenta 25% tal-PGD.

Fi stqarrija l-MHRA qalet li s-settur ilu jikber sena wara sena għal dawn l-aħħar seba’ snin, sostniet l-MHRA, li kompliet li s-suġġerimenti li qed isiru minn unions ikun hemm kumpens għal xogħol fi tmiem ili-ġimgħa jonqsu milli jirrikonoxxu n-natura tas-settur u l-ekonomija li tiġġenera minnu.

Dan għaliex is-settur tal-ospitabbiltà hi dipendenti fuq l-ekonomija ġenerata fi tmiem il-ġimgħa u l-festi u meta l-klijenti jkollhom ġranet bla xogħol. Dan iwassal biex dawn il-ġranet ikunu ikkunsidrati bħala ġranet normali ta’ xogħol u mhux ġranet straordinarji.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li filwaqt li l-MHRA tirrikonoxxi li kull parti tas-settur għanud jibbenefika mis-suċċess tal-industrija, irid ikun ikkunsidrat li biex is-suċċess ikompli jinkiseb kulħadd għandu jżomm saqajh mal-art.

Tags