Futbol Sport

Modric jattakka lill-FIFA

Il-midfielder tal-Kroazja Luka Modric kien irrabjat għal mod kif bih il-FIFA ġabet ruħa wara li ġiet abbandunata l-partita bejn il-Kroazja u l-Kosovo.

Nhar is-Sibt li għadda l-logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet twaqqfet minħabba xita qawwija u d-diriġenti tal-FIFA qalu lill-FA’s rispettivi li kienu se jtuhom data oħra ta’ meta kienet se tkompli l-partiti fil-jiem ta’ wara.

Madankollu l-Ħadd filgħodu l-plejers ġew infurmati li l-logħba kienet se titkompla dakinhar stess u l-Kroazja eventwalment rebħu 1-0.

Minkejja r-rebħa Modric esprima d-diżappunt tiegħu u qal li hu u sħabu damu ftit ma raqdu għax ħasbu li l-għada kien se jkollhom ġurnata ta’ mistrieħ imma dan ma seħħx u “kellhom iqumu minnufih bħas-suldati.”
“Hu veru li rbaħna imma ma konnix preparati tajjeb. Bil-mod ta’ kif imxew dan juri li l-FIFA m’għandha l-ebda rispett lejna,” temm jgħid Modric.