Lokali

In-Nazzjon 06.09.2017

Storja u ritratt dwar l-entużjażmu li qed juru t-tesserati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista tas-16 ta’ Settembru li ġej, jiddominaw l-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon. Storja oħra prominenti tittratta l-aħbar li kienet żvelata lbieraħ dwar kif it-tmexxija  tal-Gvern tal-Ażerbajġan ħallset politiċi Ewropej, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jistaqsi jekk kienx hemm politiċi fit-tmexxija  ta’ pajjiżna li gawdew minn dawn nil-fondi.

Stejjer oħrajn jittrattaw  zona abbandunata fil-Floriana li qed tintuża għall-abbuż tad-droga, ir-raids tal-Pulizija fil-Marsa u ż-żjara li se jagħmel f’pajjiżna x-xahar id-dieħel il-Prinċep Charles.

Fil-paġni tal-opinjonijiet illum insibu l-analiżi politika ta’  David Casa u Justin Schembri. Artiklu ieħor hu ta’ Joseph Camilleri dwar l-Ewropa u d-direzzjoni li qed tieħu lllum.

Artiklu interessanti fil-ġurnal jittratta l-esperjenzi tal-Ġiżwita Fr Paul Chetcuti dwar Madre Tereza ta’ Kalkutta, hekk kif jitkellem dwar l-umanità u s-sempliċità tagħha.