Internazzjonali

Putin pessimist li tinstab soluzzjoni għall-kriżi Koreana

Il-President Moon Jae-in u l-President Vladimir Putin waqt il-laqgħa f'Vladivostok.

Ġurnata wara li bassar diżastru kbir għad-dinja jekk tfaqqa’ gwerra fil-peniżola Koreana, il-President Russu, Vladimir Putin, qal li aktarx se jkun impossibbli li wieħed isolvi l-kriżi Koreana.
Putin għamel dawn il-kummenti wara laqgħa li kellu fi Vladivostok ma’ Moon Jae-in, il-President tal-Korea t’Isfel. Hawn Putin tenna li s-sanzjonijiet mhux se jkollhom l-effett mixtieq fuq ir-reġim ta’ Pyongyang. Putin qal ukoll li kien importanti li l-Korea ta’ Fuq ma titpoġġiex f’rokna u jkunu evitati miżuri li jistgħu jkomplu jgħollu t-tensjoni.
Putin qal li mingħajr l-għodda, il-politiċi u d-diplomatiċi kien kważi impossibbli li jbiddlu s-sitwazzjoni fil-Korea. Hu stqarr li jemmen li fil-fatt dan kien impossibbli.
Min-naħa tiegħu, Moon qal li jekk il-provokazzjonijiet mill-Korea ta’ Fuq ma jiqfux, is-sitwazzjoni se tiżviluppa f’waħda inkontrollabbli.