F’Madrid dan l-aħħar saret ċerimonja differenti mis-soltu fejn il-Formula 1 u l-futbol ingħaqdu.
Id-darbtejn champion tad-dinja tal-Formula 1 Fernando Alonso (xellug) kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni hekk kif ġie milqgħuh mill-President ta’ Real Madrid Florentio Perez (lemin).
Alonso inħatar uffiċjalment bħala membru onorarju ta’ Real Madrid mhux biss bħala riżultat ta’ dak li kiseb fil-Formula 1 bħala l-aqwa sewwieq Spanjol iżda wkoll għall-fatt li apparti li hu partitarju akkanit ta’ Real, fil-familja kellu l-influwenza ta’ missieru li kien ukoll gowlkiper fis-snin 70.
Florentio Perez, President ta’ Real Madrid iddeskriva lil Alonso bħala ġenju tal-isport mhux biss għal dak li wettaq fil-karriera iżda wkoll għad-dehra tiegħu fil-qasam tal-isport fejn hu ispirazzjoni għal kull min iħobb kemm il-Formula 1 u wisq aktar lil Real Madrid.
//= $special ?>