Mużika

Vuċi impekkabbli li intfiet 10 snin ilu

Mill-arkivji
Illejla, kunċert kbir fl-Arena di Verona

Illum, id-dinja qed tfakkar l-10 anniversarju mill-mewt tat-tenur Luciano Pavarotti illi miet fis-6 ta’ Settembru tal-2007 f’Modena. Hu kien miet kawża ta’ kanċer fil-pancreas, fl-eta’ ta’ 71 sena.

Pavarotti kien missier ta’ erbat itfal.

Meqjus bħala stilla mondjali mhux biss fid-dinja lirika, Pavarotti ħalla warajh wirt kbir bil-vuċi inimitabbli li kellu.

Illejla l-memorja ta’ Pavarotti se titfakkar permezz ta’ kunċert kbir f’Verona bis-sehem ta’ Plácido Domingo u José Carreras, Zucchero, Nek, Eros Ramazzotti, Giorgia, Il Volo, 2Cellos, Fiorella Mannoia, Massimo Ranieri u Andrea Bocelli.