Il-Kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’konferenza tal-aħbarijiet enfasizza fuq l-importanza li l-iżvilupp f’pajjiżna għandu jkun wieħed sostenibbli u ppjanat, fost l-oħrajn billi nistaqsu fejn sejra Malta 50 sena oħra.
Meta kien qed jindirizza lill-ġurnalisti f’Tas-Sliema, staqsa wkoll jekk aħniex naħsbu fuq xi bżonnijiet għandha s-soċjetà, jew inkella qed nibnu sempliċiment biex inkunu bnejna iżjed.
Fost l-oħrajn irrefera għall-konġestjoni permanenti tat-traffiku li teżisti f’pajjiżna, problema li qal li lanqas biss qed tiġi diskussa iżda li qed tikkawża ħsara għall-bniedem, kemm ħsara psikoloġika, ta’ saħħa kif ukoll soċjali.
Fid-dawl ta’ dan appella wkoll għall-ħolqien ta’ spazji miftuħa, fosthom billi jiżdiedu l-ġonna, fi kliemu ma’ kullimkien madwar Malta u Għawdex.
Tkellem ukoll dwar il-qasma tal-MEPA, u staqsa jekk din wasslitx biex verament jitħares l-ambjent. Għamilha ċara li hu mhux kontra l-iżvilupp, iżda li dan ma jsirx a skapitu tal-ambjent.
//= $special ?>