L-Armata Sirjana qalet li ajruplani militari Iżraeljani kienu wettqu attakki fil-Punent tas-Sirja. Dan fost rapporti minn sorsi fl-inħawi li fil-mira kien hemm fabbrika għall-produzzjoni tal-armi kimiċi.
Jidher li l-attakk sar mill-ispazju tal-ajru Libaniż u fil-mira kien hemm bini f’Masayaf fejn żewġ suldati Sirjani nqatlu.
L-attakk seħħ ġurnata wara li investigaturi tan-Nazzjonijiet Uniti ħabbru li ajruplan militari Sirjan f’April kien waddab bomba bl-armi kimiċi fuq Khan Sheikhoun, belt kontrollata mir-ribelli. Fl-attakk qalu l-investigaturi, 83 persuna, fil-maġġoranza nisa u tfal, kienu nqatlu.
Dan l-attakk kien wassal biex il-President Amerikan Donald Trump jordna attakk bil-missili fuq bażi tal-ajru Sirjana.
Attakk mill-ajru Iżraeljan fis-Sirja


