Lokali

Avviż lis-sewwieqa li se jgħaddu minn Triq l-Ingiered fil-Marsa

Transport Malta se tibda xogħolijiet ta’ tasfalta fit-Triq l-Ingiered u parti minn Triq il-Marsa. L-ewwel fażi se tibda llejla bejn il-Ħamis fis-7 ta’ filgħaxija u jibqa’ sejjer sal-5 ta’ filgħodu tal-Ġimgħa.

Waqt il-ħin tax-xogħol, dawn l-inħawi ser ikunu magħluqa għat-traffiku. It-trasport pubbliku u karozzi li jagħtu servizz lir-residenza St. Vincent de Paule u l-Għammieri ser jitħallew jgħaddu minn Ħal Luqa u joħorġu lura mill-istess triq.

Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent u tapprezza l-koperazzjoni tal-pubbliku billi jgħaddi minn toroq alternattivi u jsegwi l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.