Internazzjonali

Facebook jikxef il-borma fuq kampanja għall-misinformazzjoni

L-amministrazzjoni ta’ Facebook qalet li skopriet kampanja ffinanzjata mir-Russja biex tippromwovi l-messaġġi soċjali u politiċi diviżivi fuq Facebook.
Il-kumpanija qalet li ntefqu aktar mill-ekwivalenti ta’ 80,000 ewro fuq xi 3,000 reklam, f’perjodu ta’ sentejn, li spiċċaw proprju f’Mejju li għadda.
Ir-reklamar ma appoġġjax lil xi personalitajiet politiċi speċifiċi, iżda l-messaġġi, minflok, trattaw suġġetti bħall-immigrazzjoni, aspetti ta’ razza u d-drittijiet ugwali.
L-amministrazzjoni ta’ Facebook qalet li r-reklamar inkwistjoni fuq is-sit tagħha ‘ġibed l-attenzjoni’ tal-abbonaturi għal xi 470 account li ferrxu l-informazzjoni falza jew li, b’xi mod jew ieħor, abbużaw it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ Facebook.