Sport Sport Ieħor

Federer eliminat mill-Open tal-Istati Uniti

Federer diżappuntat wara t-telfa

It-tennista Żvizzeru Roger Federer safa eliminat mill-Open tal-Istati Uniti wara li tilef kontra l-Arġentin Juan Martin del Potro. Dan tal-aħħar kellu bżonn erba’ sets biex rebaħ bi skor ta’ 7-5 3-6 7-6 (10-8) 6-4.

Issa Del Potro se jilgħab kontra Nadal li minn naħa tiegħu, aktar qabel ftit kellu problemi biex għadda għas-semifinali meta f’ħin ta’ siegħa u 39 minuta għeleb liż-żagħżaugħ Russu Rublev bil-punteġġ ta’ 6-1, 6-2, 6-2.

Dan ir-riżultat ifisser li għal sena oħra Nadal u Federer mhux se jiltaqgħu kontra xulxin f’dan it-turnament. Grazzi ukoll għal dan ir-riżultat Nadal issa hu ċert li se jiddefendi l-ewwel post fir-rankings mondjali, anke jekk ma jirbaħx dan il-Grand Slam.

Qabel il-logħba Federer kien il-favorit li jirbaħ imma Del Porto rrepeta l-wirja li kellu fl-2009 fi New York meta dakinhar kien għeleb lil Federer u baqa’ sejjer biex rebaħ it-turnament, li s’issa hu jibqa’ l-uniku Grand Slam li rebaħ fil-karriera tiegħu.