Illum it-tesserati tal-PN se jkunu jistghu ikomplu jiġbru l-vot ghall-elezzjoni tal-Kap il-gdid tal-PN. Dan hekk kif sal-bierah filghaxija kienu ingabru 4,932 dokument.
Tul il-gurnata tal-bierah biss, minn Malta u Ghawdex ingabru ftit aktar minn 2,700 dokument tal-vot.
Id-dokumenti tal-voti qed jinġabru mid-Dar Ċentrali tal-PN u mis-sub headquarters f’Ta’ Sannat, fi proċess immexxi mill-Kummissjoni Elettorali tal-PN.
Permezz ta’ dan il-proċess il-PN se jkun l-ewwel u l-uniku partit politiku f’Malta li fih il-Kap ikun magħżul minn fost it-tesserati.
Din is-sistema kienet introdotta fl-aħħar snin għaliex qabel il-Kap tal-PN kien dejjem ikun magħżul minn fost il-kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali tal-PN.
It-tesserati se jkunu jistgħu jiġbru l-vot sal-Ħamis 14 ta’ Settembru mid-9 am sas-6 pm. Ghall-Ghawdxin, illum se tkun l-ahhar gurnata li fiha jistghu jingabru l-voti.
//= $special ?>