Wara li saru nurmru ta’ raids mir-Rapid Intervention Unit, fi hdan il-Korp tal-Pulizija, matul dawn l-aħħar ġimgħat, id-deputat Nazzjonalisa Claudio Grech esprima ruħu fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu dwar is-sigurta’ fil-Marsa u l-Ħamrun.
Claudio Grech qal li s-sitwazzjoni hi inkwetanti u li ilha għaddejja għal xhur sħaħ u li r-residenti mhumiex iħossuhom siguri f’dawn il-lokalitajiet. Claudio Grech tkellem dwar dan anke ma’ Net News.
Claudio Grech kompla jgħid li dan ġej minħabba il-falliment li ġej mill-Gvern fejn m’huwiex jieħu l-proċeduri neċċessarji, hekk kif in-numru ta’ immigranti huma ħafna ikbar milli dawk li hemm imniżżlin fiċ-Ċentru Miftuħ.
Hu sostna li qed ikun hawn nuqqas ta’ infurzar tal-liġijiet filwaqt li l-Gvern qed jitlef il-kontroll fuq l-imigrazzjoni.
Numru ta’ raids saru kemm viċin il-Knisja tal-Marsa, kif ukoll f’binja partikolari li tinsab qrib iċ-Ċentru Miftuħ tal-immigranti, f’Xatt il-Mollijiet. Xi rapporti qalu li l-pulizija kienu qed ifittxu lill-immigranti biex jaċċertaw li kienu qed jaħdmu skont kif tgħid il-liġi u li għandhom il-permessi kollha meħtieġa.
//= $special ?>

