Jum il-Vitorja tfakkar b’ċerimonja quddiem il-monument fi Pjazza L-Assedju l-Kbir, fil-Belt Valletta.
Jum il-Vittorja jfakkar ir-rebħa tal-Maltin u l-Ordni ta’ San Ġwann fl-Assedju l-Kbir tal-1565 u t-tmiem tal-assedju fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija. Din is-sena hija d-90 sena mindu ġie inawgurat il-monument tal-Assedju l-Kbir li ġie maħdum minn Antonio Sciortino.
Il-kelliema għal dan l-avveniment kienet Dr. Carmen Sammut, Prorettur għall-Affarijiet tal-Istudenti u l-Istaff u lettur fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Universita’ ta’ Malta.
Carmen Sammut sostniet kif permezz ta’ dan il-jum il-poplu Malti huwa poplu mgħaqud u sħiħ, “biż-żewġ assedji l-kbar li ġarrbet Malta matul is-snin, saru punt ta’ patrijottiku fejn jispikkaw il-valuri u s-sens ta’ reżistenza tal-Maltin u l-Għawdxin”.
Qalet li “waħda mill-iżgħar fost il-gżejjer tal-Mediterran kisbet is-sovranita’. Minn fost il-mijiet ta’ gżejjer mediterranji, fil-fatt l-arċipelagu Malti huwa l-uniku li kiseb indipendenza sħiħa u effettiv.”
Sammut enfasizzat dwar l-importanza ta’ dan il-jum, b’mod speċjali għad-drittijiet ugwali bejn in-nisa u l-irġiel. Qalet li “fil-5 ta’ Settembru tal-1947 il-Maltin reġgħu kisbu Gvern rappreżentattiv u aktar minn hekk, in-nisa kisbu d-dritt tal-vot u li joħorġu bħala kandidati għall-ewwel darba.”
Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja kien hemm il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, l-agent tal-Prim Ministru, Chris Fearne, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, u l-agent ta’ lis-speaker u l-kamra tad-deputati, Claudette Buttigieg, fost mistiedna dinjitarji oħra
Fl-aħħar taċ-ċerimonja tpoġġew kuruni ta’ fjuri mill-awtoritajiet preżenti li jirrapreżentaw lis-soċjeta’ filwaqt li ndaqq wkoll l-innu Malti.
//= $special ?>

