Arblu tad-dawl li għal xi raġuni tqaċċat u spiċċa f’nofs tat-triq ikkawża inċident u konġestjoni qawwija tat-traffiku.
Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu, qabel it-telgħa tal-Mellieħa, meta għal xi raġuni l-arblu tad-dawl spiċċa f’nofs ta’ triq. Jirriżulta li ftit bogħod kien hemm ukoll inċident ieħor, b’kowċ li ħabtet f’ħajt, aktarx wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura kawża ta’ xi fjuwil mifrux fit-triq.
Konsegwenza tal-inċident inħolqot konġestjoni qawwija tat-traffiku maż-żewġ naħat tat-triq, hekk kif l-arbu spiċċa jimblokka l-karreġġjati kważi kollha. Vetturi miż-żewġ naħat kienu sfurzati jużaw biss karreġġjata waħda.
//= $special ?>