Lokali

In-Nazzjon 07.09.2017

Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar it-trasferiment tal-immigranti, tiddomina l-faċċata ta’ In-Nazzjon.

Aħbarijiet oħrajn jittrattaw l-andament tal-kampanja għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista hekk kif qed ikomplu jinġabru d-dokumenti tal-vot għall-elezzjoni tas-16 ta’ Settembru, u għal min se jkun qiegħed jivvota kmieni nhar is-Sibt li ġej.

Stejjer oħrajn fil-ġurnal jittrattaw il-ġlieda tad-Dipartiment tad-Dwana kontra l-kuntrabandu b’mod speċjali, iżda mhux biss, tas-sigaretti, tabakk u xorb.

Intervista ma’uffiċjal tal-kumpanija GO tanalizza l-iżviluppi li qed iseħħu fis-suq tat-telekomunikazzjoni fid-dawl tal-proposta għat-takeover tal-Vodafone mill-Melita.

Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-opinjonijiet ta’ Angelo Micallef u Antonello Cuschieri, li t-tnejn janalizzaw il-kampanja li għaddejja għall-għażla ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.