Il-klabbs tal-Premier League vvutaw biex mill-istaġun li ġej, il-perjodu tas-suq ta’ trasferimenti jibda jagħlaq qabel ma jibda l-kampjonat u mhux fil-31 ta’ Awwissu.
Dan ifisser li fis-sajf tas-sena li ġejja l-aħħar jum li matulu l-klabbs jistgħu jakkwistaw plejers ġodda se jkun il-Ħamis fil-6pm.
F’dawn l-aħħar jiem diversi kowċis tal-klabbs tal-Premier ilmentaw mis-sistema attwali u qalu li l-fatt li l-plejers jistgħu jħallu lit-tim meta jkun beda l-istaġun qed itellef it-tħejjijiet tal-preseason.
//= $special ?>