Rapport li ħareġ dalgħodu fid-Daily Mirror ħoloq furur kbir fir-Renju Unit wara li skola f’Sussex biddlet l-uniformi biex tkun tidher ‘gender neutral’. B’riżultat ta’ dan, tneħħew it-tbielet ħalli ma jkunx hemm distinzjoni bejn l-uniformi tal-bniet u l-uniformi tas-subien.
Is-surmast tal-iskola Priory School, Tom Smith, qal illi dan sar biex jakkomoda grupp ta’ studenti transgender f’din l-iskola sekondarja, u biex skont hu “tiżdied id-diċenza fost it-tfal”.
Minn din il-ġimgħa għalhekk, l-istudenti kollha tas-7 sena bdew jilbsu l-qalziet.
//= $special ?>