Tal-anqas sitt titjiriet kellhom jittardjaw wara li ajruplan tar-Ryanair intlaqat minn sajjetta, f’maltempata li laqtet lill-gżejjer Maltin aktar kmieni waranofsinhar.
Malli s-sajjetta laqtet l-ajruplan għall-ħabta tal-5pm, kienu għadhom ma rikbux passiġġieri. L-ajruplan kellu jmur Brussell.
Skont informazzjoni li għandu NET News, il-passiġġieri li kienu se jirkbu dak l-ajruplan, minflok rikbu ajruplan ieħor.
Kollox jindika li dan l-ajruplan għadu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għal spezzjonijiet tekniċi.
//= $special ?>