Aġġornata
Raġel ta’ 46 sena nżamm taħt arrest preventiv hekk kif qed jiġi akkużat li stupra tifla ta’ 14-il sena. Fil-Qorti, Roberto Rodenas wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Ir-raġel, li joqgħod is-Swieqi, qed ikun akkużat li fit-30 ta’ Awwissu li għadda, stupra tifla ta’ 14-il sena, bir-rapport lill-Pulizija jsir madwar ġimgħatejn wara mit-tifla stess, preċiżament nhar il-Ħadd li għadda.
Skont rapporti fil-media, it-tifla kienet ilha madwar ħames xhur tgħix ma’ dan ir-raġel. Jirriżulta wkoll li t-tifla u l-akkużat iltaqgħu fuq Facebook.
Filwaqt li ħarġet ordni biex isem it-tifla ma jixxandarx, il-Qorti iddeċidiet li m’għandiex tordna divjett fuq isem l-akkużat.
Il-prosekuzzjoni quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef u l-Ispettur Paula Ciantar. Deher għar-raġel l-Avukat Michael Scriha.
//= $special ?>